Skip to main content

Serbja Werrej Ġeografija | Storja | Politika u Gvern | Demografija | Ekonomija | Ħoloq esterni | Referenzi | Menu ta' navigazzjoni44°48′N 20°28′E / 44.8°N 20.467°E / 44.8; 20.467World GazetteerB92BlicCIA World Factbook profile on SerbiaGlas JavnostiKrstaricaFoundation RastkoSerbian Unity CongressSerbjaHuman Development Report 2013m

SerbjaRepubblikiPajjiżi interkjużiPajjiżi tal-EwropaPajjiżi stabbiliti fl-2006Pages using ISBN magic links


SerbĊirillikuLatinpajjiż interkjużĊentruXlokkEwropapeniżola Balkanikapjanura PannonikaBelgradUngerijaRumanijaBulgarijaRepubblika tal-MaċedonjaAlbanijaMontenegroKroazjaRepubblika SrpskaBosnja-Ħerzegovinaribelljonigwerer BalkaniċiEwwel Gwerra DinjijaStati Slavi tan-nofsinharSerbiKroatiSloveniRenju tal-Jugożlavja1929Repubblika Federali Soċjalista tal-JugożlavjaRepubblika Federali tal-JugożlavjaSerbja u Montenegrostat suċċessurBalkaniEwropapjanura PannonikaAlbanijaMontenegroBosnja-ĦerzegovinaBulgarijaKroazjaUngerijaRepubblika tal-MaċedonjaRumanijamdawwra bl-artxmara tad-DanubjuBaħar l-IswedVojvodinafrankaklimaKosovo u MetohijaWorld Gazetteerġonna nazzjonaliFamilja ta’ VlastimirovićDukljaRaškaGrand ŽupanStefan NemanjaStiefnu l-Ewwel InkurunatStefan DušanImperu SerbTorok Ottomanibattalja storika tal-Kosovodespotat SerbSmederevoBożnjaĦerzegovinaImperu SerbBattalja tal-KosovoOttomaniAwstrijaċiRibelljoni tal-BanatIżlamRaskaKosovoBożnjaSerbiKroatiBożnjakkL-ewwel ribelljoni SerbaĐorđe PetrovićTieni ribelljoni SerbaPrinċipat tas-SerbjaSerbja modernaFamilja ObrenovićAleksandar KarađorđevićFamilja KarađorđevićMontenegroBożnjaTrattat ta’ Berlin fl-1878Kungress ta’ BerlinQawwiet il-KbarRaškaAwstrija-UngerijaGwerer BalkaniċiEwwel Gwerra Dinjija28 ta’ Ġunju1914qtilArċiduka Franz Ferdinand tal-AwstrijaSarajevoAwstrija-UngerijaGavrilo PrincipBożnja ŻagħżugħaImperu RussuImperu Ġermaniżjiffrankaw attakk minn żewġ naħatFranzaQawwiet Kbar EwropejEwwel Gwerra DinjijaMontenegroRenju tas-Serbi, Kroati u SloveniRenju tal-JugożlavjaTieni Gwerra DinijiaBanatSerbja ta’ Nedićtieni JugożlavjaJosip Broz Tito2003Repubblika Federali tal-JugożlavjaKLAbumbardament mill-ajru tan-NATOSlobodan MiloševićGwerra tal-KosovoUnjoni Statali tas-Serbja u Montenegro21 ta’ Mejju2006referendum3 ta’ ĠunjuParlament MontenegrinMontenegro5 ta’ ĠunjuAssemblea Nazzjonali Serba4 ta’ Frar2003parlament tar-Repubblika Federali tal-JugożlavjaMontenegrocommonwealthSerbja u MontenegroSlobodan Milošević5 ta’ Ottubru2000Oppożizzjoni Demkratika tas-SerbjaPartit Demokratiku tas-SerbjaPartit Demokratiku2004gvern ġdid tas-SerbjaG17 PlusSPONSPartit Soċjalista SerbPrim Ministru tas-SerbjaVojislav KoštunicaPartit Demokratiku tas-Serbjapresident attwali tas-SerbjaBoris TadićPartit Demokratikul-elezzjonijiet presidenzjali Serbi2002KosovoĠMBelt ta’ BelgradKosovo u MetoħijaVojvodinaSerbja ĊentraliSerbo-KroatSerbiMinoranziAlbaniżiKosovo-MetoħijaUngeriżiBosnijaċiRomaKroatiSlovakkiBulgariRumeniKosovo-MetoħijaVojvodinaSerbja ĊentraliSerbĊirillikuSerbLatinImperu OttomanMusulmanImperu AsburġikuKattolikuVojvodinaeks-repubbliki JugożlaviSlovenjaKroazjaBosnja-ĦerzegovinaAwstrija-UngerijaJugożlaviMontenegriniBunjevciRuteniMaċedonjaniUkrainiAlbaniżiSloveniĠermaniżiPollakkiĊiniżiBosnja-ĦerzegovinaKroazjaGwerer Jugożlavi[1][2][3][4][5][6][7][8]AlbanijaAndorraArmenjaAwstrijaAżerbajġanBjelorussjaBelġjuBożnija u ĦerżegovinaBulgarijaĊekjaĊipruDanimarkaEstonjaFinlandjaFranzaĠeorġjaĠermanjaGreċjaIżlandaIrlandaItaljaKażakistanKroazjaLatvjaLiechtensteinLitwanjaLussemburguMaċedonjaMaltaMoldovaMonakoMontenegroNorveġjaPajjiżi l-BaxxiPolonjaPortugallRenju UnitRumanijaRussjaSan MarinoSerbjaSlovakkjaSlovenjaSpanjaTurkijaUkrainaUngerijaVatikanŻvezjaŻvizzeraAbkażjaKosovoNagorno-KarabakhOssezja t'IsfelRepubblika Torka tat-Tramuntana ta' ĊipruTransnistrija










(function()var node=document.getElementById("mw-dismissablenotice-anonplace");if(node)node.outerHTML="u003Cdiv class="mw-dismissable-notice"u003Eu003Cdiv class="mw-dismissable-notice-close"u003E[u003Ca tabindex="0" role="button"u003Eaħbiu003C/au003E]u003C/divu003Eu003Cdiv class="mw-dismissable-notice-body"u003Eu003Cdiv id="localNotice" lang="mt" dir="ltr"u003Eu003Cdiv class="plainlinks" style="width:100%; padding: 0.5ex; margin: 0 0 5px;font-family: -apple-system, BlinkMacSystemFont, u0026#39;Segoe UIu0026#39;, Roboto, Helvetica, Arial, sans-serif, u0026#39;Apple Color Emojiu0026#39;, u0026#39;Segoe UI Emojiu0026#39;, u0026#39;Segoe UI Symbolu0026#39;; text-align: center; font-size: 16pt; color: grey"u003Eu003Cp style="font-size: 10.5pt"u003EŻomm ruħek aġġornat mal-Wikipedija Maltija billi tissieħeb magħna fuq u003Ca rel="nofollow" class="external text" href="http://www.facebook.com/Wikipedija"u003Eu003Cspan style="color:#3b5998; font-weight:bolder;"u003EFacebooku003C/spanu003Eu003C/au003E.u003C/pu003Enu003Cdiv style="clear: both;"u003Eu003C/divu003Eu003C/divu003Eu003C/divu003Eu003C/divu003Eu003C/divu003E";());




Serbja




Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa






Jump to navigation
Jump to search


















































































Repubblika tas-Serbja
Република Србија
Republika Srbija





Република Србија Republika Srbija – Bandiera Република Србија Republika Srbija – Emblema

Innu nazzjonali: "Боже правде
Bože pravde"
Alla tal-Ġustizzja

Location of Serbia (map).svg
Lokazzjoni tas-Serbja (aħdar) u l-Kosovo (aħdar ċar)
fl-Ewropa (griż skur).


Belt kapitali
(u l-ikbar belt)

Belgrad
44°48′N 20°28′E / 44.8°N 20.467°E / 44.8; 20.467
Lingwi uffiċjali Serb
Gvern Repubblika parlamentari
 -  President Tomislav Nikolić
 -  Prim Ministru Ivica Dačić
 -  Kelliem tal-Parlament Nebojša Stefanović
Formazzjoni
 -  L-Ewwel Stat 768 
 -  Renju Imperu 1217 1346 
 -  Waqgħa ta' Belgrad 1521 
 -  Monarkija Suzerina 1817 
 -  Rikonoxxuta 1878 
 -  Unifikazzjoni tas-Serbja 1912–1918 
 -  Repubblika indipendenti 2006 
Erja
 -  Total 88,361 km2 (113)
34,116 mil kwadru 
 -  Ilma (%) 0.13 (inkluża l-Kosovo)
Popolazzjoni
 -  ċensiment tal-2013 7,243,007 (eskluża l-Kosovo)[1] 
 -  Densità 91.9/km2 (112)
238/mili kwadri

PGD (PSX)
stima tal-2013
 -  Total $96.76 biljun[2] (76)
 -  Per capita $13,004(eskluża l-Kosovo)[2] (82)

PGD (nominali)
stima tal-2013
 -  Total $53.1 biljun[2] (79)
 -  Per capita $7,136(eskluża l-Kosovo)[2] (92)

IŻU (2013)

Increase 0.769[3] (għoli) (64)
Valuta
dinar Serb (RSD)
Żona tal-ħin
CET (UTC+1)
Kodiċi telefoniku +381
TLD tal-internet
.rs
.срб

Is-Serbja, uffiċjalment ir-Repubblika tas-Serbja (Serb Ċirilliku: Република Србија, Latin: Republika Srbija, huwa pajjiż interkjuż fiċ-Ċentru u x-Xlokk tal-Ewropa, li jifforma l-parti l-kbira tal-parti ċentrali tal-peniżola Balkanika u l-parti t’isfel tal-pjanura Pannonika. Il-kapitali hija Belgrad. Imissu mas-Serbja fit-Tramuntana nsibu lill-Ungerija; lir-Rumanija u l-Bulgarija fil-Lvant; lir-Repubblika tal-Maċedonja u l-Albanija fin-nofsinhar; u l-Montenegro, il-Kroazja, u r-Repubblika Srpska (parti mill-Bosnja-Ħerzegovina) fil-Punent.


Wara r-ribelljoni kontra l-madmad Tork, bejn l-1804 u l-1815, is-Serbja ġiet imwaqqfa bħala stat awtonomu li ħadet l-indipendenza tagħha b’mod uffiċjali fl-1878. Bis-saħħa ta’ rebħ fil-gwerer Balkaniċi u fl-Ewwel Gwerra Dinjija, għal kważi seklu, is-Serbja kienet parti minn diversi Stati Slavi tan-nofsinhar, fosthom ir-Renju tas-Serbi, Kroati u Sloveni mill-1918 sal-1941 (imsemmija ir-Renju tal-Jugożlavja fl-1929), ir-Repubblika Federali Soċjalista tal-Jugożlavja mill-1945 sal-1992, ir-Repubblika Federali tal-Jugożlavja mill-1992 sal-2003, u l-Unjoni tas-Serbja u Montenegro mill-2003 sal-2006. Wara li l-Montenegro vvota favur li jħallu l-Unjoni, is-Serbja ddikjarat l-indipendenza tagħha b’mod uffiċjali fil-5 ta’ Ġunju, 2006, bħala l-istat suċċessur tal-Unjoni tas-Serbja u Montenegro.




Werrej





  • 1 Ġeografija

    • 1.1 Klima


    • 1.2 L-Ibliet


    • 1.3 Ġonna Nazzjonali



  • 2 Storja

    • 2.1 Is-Serbja Medjevali


    • 2.2 Is-Serbja Ottomana


    • 2.3 Is-Serbja Moderna


    • 2.4 Perjodu bejn il-gwerer


    • 2.5 Wara t-Tieni Gwerra Dinjija



  • 3 Politika u Gvern

    • 3.1 Tqassim Amministrattiv



  • 4 Demografija


  • 5 Ekonomija


  • 6 Ħoloq esterni


  • 7 Referenzi




Ġeografija |



Is-Serbja tinsab fil-Balkani (reġjun distint storikament u ġeografikament tax-xlokk tal-Ewropa) u fil-pjanura Pannonika (reġjun tal-Ewropa ċentrali). Għandha fruntieri mal-Albanija, il-Montenegro, il-Bosnja-Ħerzegovina, il-Bulgarija, il-Kroazja, l-Ungerija, ir-Repubblika tal-Maċedonja u r-Rumanija. Is-Serbja hija mdawwra bl-art, għalkemm ix-xmara tad-Danubju tagħti possibilità ta' tbaħħir fl-Ewropa u fil-Baħar l-Iswed.


L-art tas-Serbja tvarja mill-pjanuri għonja u għammiela fir-reġjun tal-Vojvodina, mergħat u barrieri tal-franka fil-Lvant u fix-xlokk, muntanji u għoljiet antiki. It-tramuntana hija ddominata mix-xmara Danubju. Fergħa tagħha, ix-xmara Morava, tgħaddi mir-reġjuni aktar muntanjużi tan-nofsinhar.



Klima |


Il-klima Serba tvarja bejn klima kontinentali fit-tramuntana, bi Xtiewi kesħin, Sjuf sħan u umdi b’ħalbiet ta’ xita regolari u klima aktar Adrijatika fin-nofsinhar b’Sajf u Ħarifa sħan u xotti u bi Xtiewi relattivament kesħin fejn anke taqa' l-borra aktar 'il ġewwa.



L-Ibliet |




Stampa:Image:Serbia-CIA WFB Map.png
Mappa tas-Serbja


Bliet kbar (aktar minn 100,000 abitant) – ċensiment 2002 , għall-Kosovo u Metohija World Gazetteer stimi kurrenti (mhux uffiċjali):



  • Beograd (Belgrad): 1,273,651 (il-parti ta’ ġewwa tal-belt); 1,710,000 (bis-subborgi)


  • Novi Sad: 215,659 (298,139 il-parti metropolitana)


  • Priština: bejn 200,000 (stima tal-2002 ) u 262,686 (stima tal-2006)


  • Niš: 173,724 (250,518 il-parti metropolitana)


  • Kragujevac: 147.473 (180.252 il-parti metropolitana)


  • Prizren: bejn 121,000 (stima tal-2002) u 165,227 (stima tal-2006)


  • Subotica: 99,471 (147,758 il-parti metropolitana)




Ġonna Nazzjonali |


Is-Serbja għandha ħames ġonna nazzjonali:



  • Fruška Gora (250 km²)


  • Kopaonik (120 km²)


  • Tara (220 km²)


  • Đerdap (Rixtellu tal-Ħadid) (640 km²)


  • Šar-planina (390 km²)


Storja |




Is-Serbja Medjevali |





Kżar Stefan Dušan il-Kbir tal-Imperu Serb.


L-għeruq tal-istat Serb jmorru lura għas-seklu 7 u l-Familja ta’ Vlastimirović. Renju Serb (madwar Duklja) twaqqaf fis-seklu 11. Dan dam sa-aħħar tas-seklu 12.


L-istat Medjevali Serb reġa' ġie ffurmat fis-seklu 12 fir-reġjun Raška mis-Serb Grand Župan Stefan Nemanja. Fl-1220, taħt Stiefnu l-Ewwel Inkurunat, is-Serbja saret renju, u fl-1346, Stefan Dušan waqqaf l-Imperu Serb. L-Imperu sfaxxa u waqa’ f’idejn it-Torok Ottomani wara l-battalja storika tal-Kosovo fl-1389. It-territorji Serbi tat-tramuntana (id-despotat Serb) kienu mirbuħa għal kollox fl-1459 meta ntrebħet Smederevo. Il-Bożnja ntrebħet ftit snin wara Smederevo u l-Ħerzegovina fl-1482.



Is-Serbja Ottomana |


Wara l-waqgħa tal-Imperu Serb fil-Battalja tal-Kosovo, bejn l-1459 u l-1804, is-Serbja kienet taħt il-ħakma tal-Ottomani, għad li kien hemm tliet invażjonijiet Awstrijaċi u għadd kbir ta’ ribelljonijiet (bħar-Ribelljoni tal-Banat). Dak iż-żmien l-Iżlam kien f’perjodu ta’ tkabbir, speċjalment f’Raska, fil-Kosovo u fil-Bożnja. Ħafna Serbi (u Kroati) saru Musulmani; dan eventwalment wassal għat-twaqqif tan-nazzjon Bożnjakk. Il-perjodu Ottoman huwa wieħed ta’ ċerta importanza fl-istorja tal-pajjiż minħabba li l-kultura Slava, Biżantina, Għarbija u Torka tħalltu f’salt. Ħafna minn dak li jagħmel il-kultura Serba dak li hi nistgħu nsibu l-oriġini tiegħu f’dan il-perjodu.



Is-Serbja Moderna |


L-ewwel ribelljoni Serba tal-1804-1813, immexxija minn Đorđe Petrović (magħruf ukoll bħala Karađorđe jew "Ġorġ l-Iswed"), u t-Tieni ribelljoni Serba tal-1815 wassal għat-twaqqif tal-Prinċipat tas-Serbja. Minħabba li kienet semindependenti mill-Imperu Ottoman, hija kkunsidrata bħala dik li wasslet għat-twaqqif tas-Serbja moderna.


Mill-1815 sal-1903, l-istat Serb kien immexxi mill-Familja Obrenović, minbarra mill-1842 sal-1858, fejn is-Serbja kienet immexxija mill-Prinċep Aleksandar Karađorđević. Fl-1903, l-Obrenović ġew mibdula mill-Familja Karađorđević, li kienu dixxendenti ta’ Đorđe Petrović.


It-taqbida għal soċjetà moderna, għad-drittijiet tal-bniedem u għal stat nazzjon damet għaddejja xi tliet deċennji u ġiet kompluta bl-adozzjoni tal-Kostituzzjoni tal-15 ta' Frar 1835. Fl-1876, il-Montenegro, is-Serbja, u l-Bożnja ddikjaraw gwerra kontra l-Imperu Ottoman u ddikjaraw l-unifikazzjoni tagħhom. Iżda, it-Trattat ta’ Berlin fl-1878, li kien iffirmat fil-Kungress ta’ Berlin mill-Qawwiet il-Kbar, ta indipendenza sħiħa lis-Serbja u l-Montenegro biss, filwaqt li tal-Bożnja u r-Raška lil Awstrija-Ungerija,li waqqfu l-unifikazzjoni tagħhom sal-Gwerer Balkaniċi fl-1912 u fl-1913 u l-Ewwel Gwerra Dinjija.





Karađorđe Petrović, mexxej tal-Ewwel Ribelljoni Serba fl-1804.


Fit-28 ta’ Ġunju 1914 il-qtil tal-Arċiduka Franz Ferdinand tal-Awstrija f’Sarajevo fl-Awstrija-Ungerija minn Gavrilo Princip, unjonista tas-Slavi tan-Nofsinhar, sudditu Awstrijak u membru tal-Bożnja Żagħżugħa, wassal biex l-Awstrija-Ungerija ddikjarat gwerra kontra s-Serbja. L-Imperu Russu pprepara t-truppi tiegħu għad-difiża tal-alleata tiegħu, s-Serbja. Dan wassal biex l-Imperu Ġermaniż ddikjara gwerra kontra r-Russja b’appoġġ lill-alleata tiegħu l-Awstrija-Ungerija. Iżda tattiċisti militari Ġermaniż, biex jiffrankaw attakk minn żewġ naħat kontra r-Russja u Franza, attakkaw l-ewwel lil Franza. Dan wassal għad-dħul fil-gwerra tal-Qawwiet Kbar Ewropej. L-armata Serba rebħet bosta battalji kontra l-Awstrija-Ungerija fl-Ewwel Gwerra Dinjija, imma fl-aħħar ġiet megħluba mill-forzi magħquda tal-Imperu Ġermaniż, l-Awstrija-Ungerija u l-Bulgarija. Fl-Ewwel Gwerra Dinjija s-Serbja tilfet 1,264,000 persuna — 28% tal- popolozzjoni, u 58% tal-popoluzzjoni maskili.



Perjodu bejn il-gwerer |


Wara l-1918, is-Serbja, flimkien mal-Montenegro, kienet waħda mill-membru fundaturi tar-Renju tas-Serbi, Kroati u Sloveni, aktar tard imsemmija r-Renju tal-Jugożlavja. Matul it-Tieni Gwerra Dinijia, is-Serbja kien stat okkupat mill-Ġermaniżi u kien jinkludi l-parti Ċentrali tas-Serbja tal-lum u l-Banat, popolarment imsemmi s-Serbja ta’ Nedić. Imma, parti mit-territorju tas-Serbja tal-lum kien okkupat mill-armati Kroati, Ungeriżi, Bulgari, Albaniżi u Taljani. Il-qawwiet okkupanti wettqu diversi delitti fuq il-popolozzjoni ċivili, speċjalment fuq is-Serbi u l-Lhud.



Wara t-Tieni Gwerra Dinjija |


Fl-1945, is-Serbja ġiet imwaqqfa bħala waħda mill-unitajiet federali tat-tieni Jugożlavja, ir-Repubblika Federali Soċjalista tal-Jugożlavja, mmexxija minn Josip Broz Tito sa mewtu fl-1980.


Wara l-waqgħa tat-tieni Jugożlavja fl-1992, sal-2003, is-Serbja, flimkien mal-Montenegro, kienet parti mir-Repubblika Federali tal-Jugożlavja. Minkejja l-fatt li s-Serbja ġġieldet bosta gwerer fuq territorji Kroati u Bożnjakki, hija baqgħet għaddejja fil-paċi internament sa l-1998.


Bejn l-1998 u l-1999, kunflitti kontinwi fil-Kosovo bejn Forzi tas-Sigurtà Serbi u Jugożlavi u l-KLA wasslu għal bumbardament mill-ajru tan-NATO li dam għaddej 78 jum. L-attakki waqfu meta l-President Jugożlav Slobodan Milošević aċċetta li jirtira l-Forzi tas-Sigurtà kollha, inklużi l-militar u l-pulizija u jissostitwixxihom bi grupp ta’ pulizija internazzjonali, bir-riżultat li l-Kosovo tibqa' formalment parti mill-Federazzjoni Jugożlavja(Ara: Gwerra tal-Kosovo).


Mill-2003 sal-2006, is-Serbja kienet parti mill-Unjoni Statali tas-Serbja u Montenegro, l-isem li kien ingħata minflok ir-Repubblika Federali tal-Jugożlavja, biex b’hekk l-isem ‘Jugożlavja’ għeb għal kollox minn fuq il-mappa. Fil-21 ta’ Mejju, 2006, il-Montenegro għamel referendum biex jaraw għandhomx iwaqqfu l-għaqda mas-Serbja. L-għada, riżultati ċċertifikati mill-istat urew li 55.5% tal-votanti kienu favur li jinfirdu minn mas-Serbja, riżultat li kien biss ftit aktar mill-55% meħtieġ biex jgħaddi r-referendum. Fit-3 ta’ Ġunju, l-Parlament Montenegrin ddikjara l-Montenegro indipendenti mill-Unjoni Statali u fil-5 ta’ Ġunju, l-Assemblea Nazzjonali Serba ddikjarat is-Serbja bħala s-suċċessur tal-Unjoni Statali tas-Serbja u Montenegro.



Politika u Gvern |


Fl-4 ta’ Frar 2003 il-parlament tar-Repubblika Federali tal-Jugożlavja qabel ma' forma aktar flessibbli ta’ kooperazzjoni bejn is-Serbja u l-Montenegro fi ħdan commonwealth msejjaħ Serbja u Montenegro.


Wara t-tneħħija ta’ Slobodan Milošević fil-5 ta’ Ottubru 2000, il-pajjiż beda jitmexxa mill-Oppożizzjoni Demkratika tas-Serbja.
Fi ħdan din il-koalizzjoni kiber it-tensjoni sakemm Partit Demokratiku tas-Serbja (DSS) ħalla l-gvern biex ħalla lill-Partit Demokratiku (DS) f’kontroll assolut. Madankollu, f’Marzu tal-2004 id-DSS ġabar biżżejjed appoġġ biex ifforma l-gvern ġdid tas-Serbja, flimkien mal-G17 Plus u l-koalizzjoni SPO-NS, u bl-appoġġ tal-Partit Soċjalista Serb, li ma jiħdux sehem fil-gvern, imma bil-bdil għall-appoġġ tagħhom, għandhom pożizzjonijiet żgħar fil-gvern u l-ġustizzja u jinfluwenzaw fil-politika. Il-Prim Ministru tas-Serbja huwa Vojislav Koštunica, mexxej tal-Partit Demokratiku tas-Serbja.


Il-president attwali tas-Serbja huwa Boris Tadić, mexxej tal-Partit Demokratiku (DS). Hu ġie elett bi 53% tal-voti fit-tieni ċiklu ta’ l-elezzjonijiet presidenzjali Serbi li saru fis-27 ta' Ġunju 2004, wara ħafna elezzjonjiet bla suċċess sa mill-2002.



Tqassim Amministrattiv |





Mappa politika tas-Serbja


Is-Serbja hija maqsuma f’29 distrett (5 minnhom qegħdin fil-Kosovo, li attwalment hi amministrata mill-ĠM) u l-Belt ta’ Belgrad. Id-distretti huma maqsuma f’108 muniċipalitajiet. Is-Serbja għandha żewġ provinċji awtonomi: fin-nofsinhar hemm il-Kosovo u Metoħija bi 30 muniċipalità, u fit-tramuntana hemm Vojvodina b’46 muniċipalità.


Il-parti tas-Serbja li ma tinsabx la fil-Kosovo u lanqas fil-Vojvodina hija msejjħa is-Serbja Ċentrali. Is-Serbja Ċentrali mhijiex taqsima amministrattiva, bħaż-żewġ provinċji awtonomi , u m’għandhiex gvern reġjonali tagħha. Fl-era Jugożlava din il-parti bidet tissejjaħ, bis-Serbo-Kroat "uža Srbija" li tfisser litteralment "Serbja d-dejqa". Din hija biss tifsira ġeografika mingħajr l-ebda implikazzjonijiet politiċi.



Demografija |






Slovakki fis-Serbja waqt żifna tradizzjonali


Is-Serbja hija mgħammra l-aktar mis-Serbi. Minoranzi jinkludu l-Albaniżi (li huma fil-maġġoranza fil-provinċja tal-Kosovo-Metoħija), l-Ungeriżi, il-Bosnijaċi, r-Roma, l-Kroati, is-Slovakki, l-Bulgari, r-Rumeni, eċċ. Is-Serbja hija magħmula minn tlett territorji: il- provinċja tal-Kosovo-Metoħija, provinċja tal-Vojvodina u s-Serbja Ċentrali (Serb Ċirilliku: Централна Србија, Serb Latin: Centralna Srbija. Iż-żewġ provinċji huma etnikament diversi. Dan ġej mill-fatt li l-pajjiż ġie magħmul minn partijiet li kienu jiffurmaw parti, fin-nofsinhar, mill-Imperu Ottoman Musulman u fit-tramuntana mill-Imperu Asburġiku Kattoliku.


Il-provinċja ta’ fuq tal-Vojvodina hija l-aktar parti żviluppata tal-pajjiż f’termini ta’ saħħa ekonomika. Bħall-eks-repubbliki Jugożlavi tas-Slovenja, Kroazja u l-Bosnja-Ħerzegovina, Vojvodina kienet parti mill-amministrazzjoni tal-Awstrija-Ungerija qabel l-Ewwel Gwerra Dinjija. Il-Vojvodina hija waħda mill-aktar territorji etnikament diversi fl-Ewropa b’aktar minn 25 komunità nazzjonali differenti. Skont l-aħħar ċensiment (2002), din il-provinċja għandha popolazzjoni ta’ 2 miljuni, li minnhom: 65% huma Serbi, 14.3% huma Ungeriżi, 2.79% huma Slovakki, 2.78% huma Kroati, 2.71% mhux dikjarati, 2.45% Jugożlavi, 1.75% Montenegrini, 1.50% Rumeni, 1.43% Roma, 0.97% Bunjevci, 0.77% Ruteni, 0.58% Maċedonjani, 0.50% affiljazzjoni reġjonali, 0.23% Ukraini, oħrajn (Albaniżi, Sloveni, Ġermaniżi, Pollakki, Ċiniżi eċċ).




Statistika tal-popolazzjoni tas-Serbja (Mejju 2005)


  • Serbja (total): 9,396,411

    • Vojvodina: 2,116,725


    • Serbja Ċentrali: 5,479,686


    • Kosovo-Metoħija: 1,800,000

Il-proġezzjonijiet demografiċi tal-popolazzjoni futura tas-Serbja jbassru li fl-2030, il-popolazzjoni tas-Serbja ħa tkun magħmula minn 7,200,000 Albaniż u 6,300,000 Serb. Il-proġezzjonijiet huma bbażati fuq il-fatt li l-popolazzjoni etnika Albaniża fis-Serbja tirdoppja kull 20 sena (fl-1961 kien hemm 646,000 Albaniż waqt li fl-1981 kien hemm 1,226,000), waqt li l-popolazzjoni etnika Serba tibqa madwar 6,000,000 (6,016,000 Serb fl-1971, 6,352,000 Serb fl-2002). Il-ftit żieda fil-popolazzjoni Serba hija attribwita lid-dħul ta’ rifuġjati Serbi mill-Bosnja-Ħerzegovina u l-Kroazja fl-1990 minħabba l-Gwerer Jugożlavi aktar milli riżultat ta’ xi tkabbir naturali tal-popolazzjoni.



Ekonomija |



GDP u tkabbir


Prodott Gross Domestiku

Real GDP (PPP):

$41.15 biljun (2005 est.) (Sors: CIA [1])


$43.46 biljun (2005 est.; għall-eks Serbja u Montenegro) (Sors: IMF [2])



Real GDP per kapita (PPP):

$4,400 (2005 est.) (Sors: CIA [3])


$5,203 (2005 est.; għall-eks Serbja u Montenegro) (Sors: IMF [4])



Real GDP (rata ta' kambju):

$19.19 biljun (2005 est.; mingħajr il-Kosovo) (Sors: CIA [5])


$26.59 biljun (2005 est.; għall-eks Serbja u Montenegro) (Sors: IMF [6])



Real GDP per kapita (rata ta' kambju):

$3183.76 (2005 est.; għall-eks Serbja u Montenegro) (Sors: IMF [7])



Real GDP rata ta’ tkabbir (2005):

5.9% (2005 est.; mingħajr il-Kosovo) (Sors: CIA [8])


Statistika oħra

Rata ta’ tkabbir ta’ produzzjoni Industrijali: 7.1% (2004), 1.3% (2005)

Rata tal-qgħad: 20.0% (2005) (31.6% with Kosovo)

Inflazzjoni: 15.5% (2005)

Dejn Barrani: $15.43 Biljun (2005)

FDI (2005): $1 481 Miljun (Source: NBS [9])


Ħoloq esterni |



  • B92 Aħbarijiet


  • Blic Gazzetta

  • CIA World Factbook profile on Serbia


  • Glas Javnosti Gazzetta


  • Krstarica Web Portal

  • Foundation Rastko

  • Serbian Unity Congress

  • Michael Boro Petrovich, The History of Modern Serbia 1804-1918, 2 vols. I-II, Harcourt Brace Jovanovich, New York 1976.

  • Stevan K. Pavlowitch, (2002). Serbia: the History behind the Name, London: C. Hurst & Co. Publishers. ISBN 978-1-85065-476-6.


  • Dušan T. Bataković, Histoire du peuple serbe, (sous la direction de) D. T. Bataković, L'Age d'Homme, Lausanne 2005.


  • Dušan T. Bataković, The Kosovo Chronicles, Plato Books, Belgrade 1992.


  • The Serbs and Their National Interest, N. Von Ragenfeld-Feldman & D. T. Bataković (eds.), SUC, San Francisco & Belgrade 1997


  • Kosovo and Metohija. Living in the Enclave, D. T. Bataković (ed.), Institute for Balkan Studies, SASA, Belgrade 2007.


  • Dušan T. Bataković, Kosovo. Un conflit sans fin ?, Lausanne, L`Age d`Homme 2008.


  • Dušan T. Bataković, Serbia’s Kosovo Drama. A Historical Perspective, Čigoja Štampa, Belgrade 2012.


Referenzi |




  1. ^

  2. ^ abcdSerbja. International Monetary Fund


  3. ^ Human Development Report 2013. Nazzjonijiet Uniti, 2013














Miksub minn "https://mt.wikipedia.org/w/index.php?title=Serbja&oldid=251371"










Menu ta' navigazzjoni



























(window.RLQ=window.RLQ||[]).push(function()mw.config.set("wgPageParseReport":"limitreport":"cputime":"0.204","walltime":"0.279","ppvisitednodes":"value":2399,"limit":1000000,"ppgeneratednodes":"value":0,"limit":1500000,"postexpandincludesize":"value":53842,"limit":2097152,"templateargumentsize":"value":24395,"limit":2097152,"expansiondepth":"value":22,"limit":40,"expensivefunctioncount":"value":2,"limit":500,"unstrip-depth":"value":0,"limit":20,"unstrip-size":"value":1977,"limit":5000000,"entityaccesscount":"value":0,"limit":400,"timingprofile":["100.00% 134.747 1 -total"," 52.44% 70.658 1 Mudell:Infobox_Pajjiż"," 28.21% 38.009 1 Mudell:Ewropa"," 26.03% 35.071 1 Mudell:Navbox"," 19.95% 26.882 1 Mudell:Coord"," 18.52% 24.958 1 Mudell:Navbox/core"," 17.28% 23.285 1 Mudell:Coord/display/inline"," 15.03% 20.254 1 Mudell:Referenzi"," 14.88% 20.044 1 Mudell:Coord/input/dm"," 12.74% 17.172 1 Mudell:Coord/link"],"cachereport":"origin":"mw1264","timestamp":"20190409152757","ttl":2592000,"transientcontent":false);mw.config.set("wgBackendResponseTime":129,"wgHostname":"mw1322"););

Popular posts from this blog

Triangular numbers and gcdProving sum of a set is $0 pmod n$ if $n$ is odd, or $fracn2 pmod n$ if $n$ is even?Is greatest common divisor of two numbers really their smallest linear combination?GCD, LCM RelationshipProve a set of nonnegative integers with greatest common divisor 1 and closed under addition has all but finite many nonnegative integers.all pairs of a and b in an equation containing gcdTriangular Numbers Modulo $k$ - Hit All Values?Understanding the Existence and Uniqueness of the GCDGCD and LCM with logical symbolsThe greatest common divisor of two positive integers less than 100 is equal to 3. Their least common multiple is twelve times one of the integers.Suppose that for all integers $x$, $x|a$ and $x|b$ if and only if $x|c$. Then $c = gcd(a,b)$Which is the gcd of 2 numbers which are multiplied and the result is 600000?

Ingelân Ynhâld Etymology | Geografy | Skiednis | Polityk en bestjoer | Ekonomy | Demografy | Kultuer | Klimaat | Sjoch ek | Keppelings om utens | Boarnen, noaten en referinsjes Navigaasjemenuwww.gov.ukOffisjele webside fan it regear fan it Feriene KeninkrykOffisjele webside fan it Britske FerkearsburoNederlânsktalige ynformaasje fan it Britske FerkearsburoOffisjele webside fan English Heritage, de organisaasje dy't him ynset foar it behâld fan it Ingelske kultuergoedYnwennertallen fan alle Britske stêden út 'e folkstelling fan 2011Notes en References, op dizze sideEngland

Boston (Lincolnshire) Stedsbyld | Berne yn Boston | NavigaasjemenuBoston Borough CouncilBoston, Lincolnshire